Charlie my true love u kliem iehor ghal taht il-hmura

CHARLIE MY TRUE LOVE U KLIEM IEĦOR GĦAL TAĦT IL-ĦMURA


STRADA STRETTA EVENTS b'kollaborazzjoni ma' Valletta 2018 Foundation, jippreżentaw CHARLIE MY TRUE LOVE U KLIEM IEĦOR GĦAL TAĦT IL-ĦMURA Lejla ta' qari intimu dwar il-ħajja notturna u dak kollu li jaħbi l-lejl, ma' Immanuel Mifsud.




Għal dawn l-aħħar sentejn Immanuel Mifsud żamm appuntament mal-qarrejja tiegħu b'lejliet ta' qari live f'lokalitajiet differenti. Il-postijiet varjaw minn knejjes qodma, night clubs, il-kampus tal-Università u anki f'xelter tal-gwerra. 

CHARLIE MY TRUE LOVE U KLIEM IEĦOR GĦAL TAĦT IL-ĦMURA tkompli din is-sensiela, did-darba fl-Isplendid fi Strada Stretta, nhar il-Ġimgħa 7 ta' Awwissu, fid-9pm. Dakinhar Mifsud se jaqra xogħlijiet relatati ma' Strada Stretta u ma' bliet u nħawi oħrajn li fihom toħroġ l-intimità tal-ħajja notturna u dak kollu li jaħbi l-lejl. 

CHARLIE MY TRUE LOVE U KLIEM IEĦOR GĦAL TAĦT IL-ĦMURA se tieħu lill-udjenza fi ljieli differenti b'sett ta' kitbiet dwar it-toroq l-imwarrba, id-distretti tad-dwal ħomor, il-pjazez vojta, id-dlam u d-dwal baxxi.

DĦUL B'XEJN.

Date: 7th August 2015
Time: 2100hrs
Venue: Splendid, Strait Street, Valletta





Immanuel Mifsud ħareġ diversi kotba ta' proża u poeżija. Fl-2002 rebaħ il-Premju Letterarju bil-ktieb L-Istejjer Strambi ta' Sara Sue Sammut, u fl-2014 reġa' ħa l-istess premju għall-ktieb Penelopi Tistenna. Diversi xogħlijiet tiegħu ġew tradotti u ppubblikati f'lingwi oħrajn, fosthom il-ktieb Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben) li wara li rebaħ il-Premju Letterarju tal-Unjoni Ewropea fl-2011 ġie ppubblikat bl-Ingliż, bir-Rumen, bil-Maċedonu u l-Franċiż.

Comments

Popular posts from this blog

Ministry of Sound with Legendary DJ Fedde Le Grand Is Coming To Malta

Carmen - Flamenco and Contemporary Dance

The Whisky Festival 2017