Oratorio ‘Dawl Fuq is-Sinaj’

L-Għaqda Mużikali Beland ser terġa’ ittellgħa l-Oratorju 'Dawl fuq is-Sinaj' fl-okkażjoni tal-10 anniversarju mill- ‘Premiere’ uffiċċjali  li sar fl-2005 b’tifkira tal-1700 mill-martirju ta’ Santa Katarina V.M.  L-Oratorio 'Dawl fuq is-Sinaj', li mużikalment jittratta l-ħajja u l-martirju ta' Santa Katarina V.M huwa kompożizzjoni ta' Mro. Ray Sciberras fuq versi tal-kittieb Żejtuni s-sur Trevor Zahra. Jieħdu sehem wkoll is-Sopran Rosabelle Bianchi, t-Tenur Charles Vincenti u l-kor 'Mirabitur' immexxi minn Simone Attard. Il-Banda Beland ser tkun qed teżegwixxi dan l-Oratorju immexxija mis-surmast direttur Mro. Ray Sciberras.



Il-lirika hekk metikolozament mirquma mill-pinna ta' Trevor Zahra, flimkien mal-mużika profonda kompożizzjoni ċelebri oħra mill-pinna ta' Mro. Ray Sciberras jingħaqdu flimkien sabiex isaħħru lill-udjenza preżenti u jgħinuhom jifhmu aħjar l-ħajja u l-martirju li għaddiet minnhom Santa Katarina V.M. Dan l-Oratorju b'ħin ta' madwar 45 minuta ser jgħaddi lil dawk preżenti minn tumuli ta' sentimenti fejn wieħed iħossu aktar viċin tal-protagonista, u jerġa' jgħix l-ferħ, l-beżgħat u n-niket, li għaddiet minnhom Santa Katarina V.M. Dan kollu ser jitella' fil-Knisja Parrokkjali ta' Santa Katarina V.M., ż-Żejtun, nhar il-Ġimgħa 20 ta' Novembru 2015 fis-7.30 p.m.



Dan kollu żgur li ser jagħmel dan il-kunċert uniku. Okkażjoni li tpaxxi l-widnejn ta' kulħadd u li ebda' segwaċi tal-mużika Maltija ma għandu jitlef.

Comments

Popular posts from this blog

Joseph Calleja 20th Anniversary concert with Andrea Bocelli

Ministry of Sound with Legendary DJ Fedde Le Grand Is Coming To Malta

Fatboy Slim at Café del Mar