Featured Ad:
  
  
 
 

Maltaserv Bannerlink
 

Manicmalta.com » Theatre / Drama & Dance events » Mamma Mia, Gawdenz « Previous Next »

Author Message
Mamma Mia, Gawdenz
Posted on Monday, January 25, 2010 - 5:18 am:   

Garanzija ta divertiment spettakolari

Kummiedja muzikali brillanti Mamma Mia, Gawdenz ser titella fl-Istitut Kattoliku, Floriana nhar il-Gimgha 12 ta Frar fis-7pm, is-Sibt 13 ta Frar fis-6pm u l-Hadd 14 ta Frar fl-10.30am.

Bil-partecipazzjoni unika ta Fabian Scerri De Carlo, bhala is-Sur Gawdenz Bilocca, l-udjenza ser tkun prezentata b kummiedja eccezjonali mzewqa bl-aqwa siltiet muzikali tal-grupp Abba, naturalment addattata bl-lirika bil-Malti biex johorgu il-karattri Maltin f din il-kummiedja.

L-iskript, il-lirika u l-arrangamenti muzikali huma miktuba mill-awtur tal-praspuri kollha tas-Sur Gawdenz, Frederick Camilleri, li ukoll ser jidderigi din il-kummiedja muzikali.

Il-grajja tehodna f wahda mill-gzejjer zghar tal-Grecja fejn Mary, is-segretarja tas-Sur Gawdenz, kienet telqet b qalba maqsuma xi ghoxrin sena qabel. Hemmhekk hi kellha tifla li qatt ma kienet taf min hu missierha imma kienet lesta li taghmel minn kollox biex tiskopri dan il-misteru qabel ma tizzewweg. Wara li taqra id-djarju t ommha is-Sur Gawdenz, Kalcidon u Gorg ta’ Xommula isibu ruhhom fuq din il-gzira Griega, imma mhux qabel ma naraw sensiela ta manuvri mis-sur Gawdenz li jirnexxielu jaghmel profitt minn fuq Gorg u Kalcidon meta dawn isaqsuh biex jghinhom jaslu fuq din il-gzira ghal-dan it-tieg.

Imma Gorg u Kalcidon jinduanw x ghamel Gawdenz, u ghalfejn is-sbejha Sunshine xtrat biljett iehor ta’ l-ajru ghal Gawdenz. Tghid Gawdenz inganna lilha ukoll. U Mary irnexxiela tiltaqa mat-tlett irgiel tal-passat taghha, u t-tifla skopriet il-misteru ta min hu missierha. Imma izjed importanti minn hekk, ghalfejn Dun Felic kien ukoll ircieva invit ghat-tieg, x inhi il-konnessjoni vera tieghu hemmhekk. Dawn kollha domandi li ser ikollkom risposti taghhom f din il-kummiedja.

Mamma Mia Gawdenz bi produzzjoni ta Moving On ser tkun kummiedja memorabbli b garanzija ta dahq u divertiment fl-istil tipiku tas-Sur Gawdenz. Tfal ta kull eta ser ikollhom ukoll ic-cans li jippartecipaw ma l-atturi waqt din ir-raprezentazzjoni.

Jikkumplimenatw din il-kummiedja muzikali insibu atturi maghrufa bhal lil Gwido Fenech fil-parti ta Gorg ta Xommula, Renzo Bonello bhala Kalcidon, Ian Fenech bhala Felicitos, Daniel Borg Carbott, il-kappillan, Romina Darmanin bhala Mary, Stephanie Attard Vella bhala Sunshine, Adriana De Carlo fil-parti ta l-gharusa, Nadette De Carlo bhala Isabella u Frederick Camilleri bhala Johnie Bolt.

Il-kummiedja ser tittellgha gewwa l-Istitut Kattoliku l-Furjana nhar il-Gimgha 12 ta’ Frar fis-7pm, is-Sibt 13 ta’ Frar fis-6pm u l-Hadd 14 ta’ Frar fl-10.30am.

Ghall-booking wiehed jista jcempel il-booking office ta’ l-Istitut Kattoliku fuq 21238429, mill-bar tal-Istitut Kattoliku fuq in-numru 21242551, mill-Bargain Tool Shop fuq in-numru 21495559, Gallaria Shopping Centre Fgura fuq in-numru 21808000, Pawlu Testa Travel fuq in-numri 21223340, 21223299, Tereza Bazaar Haz-Zabbar fuq in-numru 21892730. Ticket Hotline 99461489 u 99473620. Wiehed jista ukoll jaghmel il-booking dirett mis-sit http://www.istitutkattoliku.com jew http://www.gawdenz.com

image

Add Your Message Here
Event / Comment:
Username: Posting Information:
You do not need an account to post here. Just enter your full name as your username and leave the password blank. Your e-mail address is required.
Password:
E-mail:
Options: Enable HTML code in message
Automatically activate URLs in message
Action: