Robin Schulz at Café Del Mar

Gahan jasal fic-City Theatre

Ġaћan wasal fic-City Theatre, 26 sena mil-ewwel darba li ittellgћet din “Ġahan ta’ Binġemma” ser terga titgћella, din id-darba f’toghma aktar moderna fic-City Theatre il-Belt, nhar is-Sibt, 25 ta’ Frar 2012 taћt id-direzzjoni ta’ Kristabel Catania. Din ir-raprezentazzjoni, bil-parteċipazzjoni ta’ Chrysander Agius fil-parti ta’ Ġaћan, gћandha toffri esperjenza partikolari lil dawk l-istudenti kollha li se jkollhom iċ-ċans josservaw l-atturi jinsġu l-istorja ta’ Ġaћan ta’ Binġemma kif qatt ma rawha qabel.

“Ġahan ta’ Binġemma” hi parti mill-progett Ulied il-GaHan- Min huma ulied il-Ġaћan? X’qed nagћmlu aћna, bћala membri żgћażagћ tas-socjeta’ tagћna, biex nipparteċipaw fit-tibdiliet li nixtiequ naraw f’pajjiżna uforsi fina nfusna? Fuq kollox, irriduhom dawn il-bidliet? U hemm tassew dak il- Ġaћan ġewwa fina li gћandu tant x’jgћallimna?

Dawn huma uћud mil-mistoqsijiet li bdew jidwu fil-kuriduri ta’ moћћ żewġ tfajliet huma u jaraw il-ћajja tiġri, toqmos u taћrab minn quddiem gћajnejhom. Gћaqdu l-ћsibijiet tagћhom flimkien biex ћolqu il-grupp Vox Juvens, bl-gћan li jingћata leћen liż-żgћażagћ permezz tat-teatru. L-ewwel proġett ta’ dan il-grupp teatrali se jkun iffukat fuq it-test “Ġaћan ta’ Binġemma”, kitba ta’ Francis Ebejer li tiġi analizzata minn studenti tal-Malti fl-iskejjel post-sekondarji Maltin.

Atturi jinkludu ukoll lil Leander Schembri, Stephanie Bugeja, Claudio Carta, Antoniette Axiaq, Rennie Schembri, Dennise Chatlani, Stephanie Pullicino, Aaron Buhagiar, Chris De Giorgio, Aaron Fenech, Dianne Cassar, Mandy Mifsud u Koreografija taht l’idejn ta’ Jeanelle Vella.

Wara “Ġahan ta’ Binġemma” il-proġett ikompli permezz ta’ sessjonijiet ta’ forum theatre imexxija minn Diana Cauchi, sessjonijiet li se jkunu qed jiddiskutu temi soċjali u politiċi li nsibu fit-test. Din il-parti ta’ “Ulied il-Ġaћan” se tibda fit-28 ta’ Frar 2012 u se tkun qed tikkonsisti f’żewġ laqgћat fil-ġimgћa, bid-diskussjoni/rapprezentazzjoni finali il-Hamis, 29 ta’ Marzu 2012. Permezz tal-potenzjal tiegћu biex tiġi mżellġa il-linja bejn spettatur u attur, il-forum theatre joffri l-opportunita’ lil dawk li jipparteċipaw li jaћsbu, jiddiskutu u jirreaġixxu gћal-isfidi li l-ћajja tippreżentalhom.




Dan il-progett qed jigi parzjalment finanzjat mill Malta Art Funds,Malta Council for Culture and the Arts (MCCA).

Gћal iżjed informazzjoni jew xiri ta’ biljetti tistgћu tikkuntatjaw lil Kristabell Catania jew Diana Cauchi fuq voxjuvens@gmail.com

Comments