Karmena Abdilla storja ta success

Mir-Radio City ghal Istitut Kattoliku.


Bhalissa il-kumpanija Teatru Rjal qieghda fl-aqwa tal-preparazzjoni taghha biex ittina zewg  produzzjonijiet fi spazju ta gimghatejn biex flimkien niftakru u niccelebraw flimkien is-successi li din il-Kumpanija kisbet tul dawn l-ahhar 20 sena.  It-Tieg ta Karmena Abdilla 3 u 4 Marzu 2012 u Just Musicals 5 extravaganza 10 u 11 Marzu. 

It-Tieg ta Karmena Abdilla propju tehodna lura fis-sena 1955.  Il-karattru ta’ Karmena Abdilla ra l-bidu tieghu bsensiela ta episodji li damu jixxandru fuq ir-Rediffusion ghal sentejn shah bejn l-1955 u l-1956 u tant ghamlu  success li kulhadd riedha, tant li l-kittieb tas-sensiela Charles Clews u Nosi Ghirlando ddecidew li jzewġu lil Karmena fuq il-palk. U hekk kien ghax il-kummiedja fi 3 atti It-Tieg ta Karmena Abdilla ttellghet fir-Radio City Opera House fil-Hamrun ghall-ewwel darba fit-8 ta Frar 1957 - 55 sena ilu u baqghet tikseb success fuq success kull darba li intweriet fuq il-palk biex tibqa imnaqqxa bhal l-aktar kummiedja li qatt saret kif ukoll l-aktar li gibdet attendenzi kbar lejn it teatru rekord assolut. Din il-kummiedja tant saret li saħansitra dahlet fil-Malta Book Of Records And Firsts 2007 bħala Malta Longest Running Play.

Kienu diversi l-atturi li hadmu il-parti ta Karmena Abdilla fuq il-Palk, fosthom l-aktar sinifikanti insibu lil Nosi Ghirlando - li kien l-ewwel wiehed li hadem din il-parti u kien libes ta mara, Vitorin Galea, Joe Farrugia d-Dulli, Eileen Montezin u Gemma Portelli. 

Hector Bruno ghal-ewwel darba bhala Karmena Abdilla.

Bix-xieraq li issa wasal wkoll il-mument li l-parti ta Karmena Abdilla tinħadem minn Hector Bruno - l-attur komiku bravu li zgur ma ghandux bzonn ta ebda introduzzjoni ma dawk kollha li jiffrekwentaw it-Teatru.  

Karmena Abdilla hija kummiedja klassika semplici mibnija fuq karattru helwin u naraw il preparazzjoni ghat-tieni tieg taghha, preparazzjoni li jwasslu ghal mumenti verament komici u tad-dahk.  Karmena Abdilla - mara mqarba, gellieda u storbjuża pero qalba tajba, Pacifiku - ir ragel futur taghha, teacher u zgur li jiehu il-premju tal-pacenzja, Ninu - it-tifel mill-ewwel zwieg taghha, naqra stradikat u jkisser kulma jara, Perpetwa, oht Pacifiku li ma tkun tridha bxejn, Gori -  hu Karmena,  eks pulizija li jhobb il-qatra u aktar ikun mohhu fil-flieles li kellhom ifaqsu fjum it-Tieg milli fit-Tieg ta ohtu, Fredu l-Amerikan, ic-Cheacher, kif kienet issejhilha hi u bosta karattri ohra. IT-TIEG TA KARMENA ABDILLA, se ssir fl-Istitut Kattoliku is-Sibt 3 ta' Marzu 2012 fis-7pm u l-Hadd 4 ta Marzu fis-2.30pm u 6.30pm. Flimkien ma Hector Bruno insibu ukoll lil Joe Farrugia d-Dulli, Toni Busuttil, Augusto Cardinali, Ina Robinich, Laura Bruno. Brian Farrugia, Mario Camilleri, Franky Borg, Alan Falzon, Bernice Darmanin u ohrajn.



Ghal aktar informazzjoni idhol fuq  www.kumpanijateatrurjal.com, Kif ukoll ghand Pawlu Testa Travel fuq 21223340 jew 27223340 

Dati huma 3 u 4 Marzu 2012 u Just Musicals 5 extravaganza 10 u 11 Marzu
Post fl-Istitut Kattoliku, Furjana

Comments