Kummiedja Muzikali - Gawdenz, Jaba daba du

Kummiedja Muzikali - Gawdenz, Jaba daba du. Kitba u direzzjoni Frederick Camilleri. Produzzjoni MOVING ON. 


Is-Sur Gawdenz, gratlu bicca tinkiteb. Waqt li kien qieghed jinvestiga l-ghejbien tas-Segretarja tieghu Mary, wara harga sal-Buskett li giet organizzata mill-Kappillan, jintebah li kienu hafna li ghebu f din il-mawra. Idahhalha f rasu li kienet il-Blue Lady, l-Ispirtu ta Mara li jidher fil-palazz ta Verdala, li bxi mod hatfet lin-nies tar-rahal. Jiltaqa mas-shabu Gorg u Kalc armati bil-cameras biex jigbdu r-ritratti bhala prova. Il-Kappillan xejn ma tinzillu din l-istorja. 



Izda l-inkwiet kompla jikber meta fis-satra tal-lejl, waqt li kienu ghassa, jitfacca dawl qawwi fuqhom li jahsadhom. Dan id-dawl bhal jghattihom u jsibu ruhhom fil-passat f Belt il-Hagar, lebsin ilbies jixbah lil tal-karattri tal-flintstones. Din il-belt tkun mahkuma mis-sindku taghha, imsejjah Noe, li juza l-magija tieghu biex jitfa fuq min jidhirlu is-seher tieghu biex jaghmel dak li jrid hu. Min ma kienx jobdi kien jispicca jqatta l-blat iebes fil-barriera bhala kastig. 


Ghalkemm Gawdenz u shabu isibu lil dawk mitlufa imma ma tkunx haga hafifa biex jehlishom minn taht idejn Noe. L-ikbar sorpriza li jiehu Gawdenz, hi, meta jsib ma wiccu lil ohtu Peppina, u li din ta l-ahhar kienet bicca wahda mas-sindku Noe. Il-kobba tkompli tithabbel, ghaliex dawk li kienu mahtufin ma bdewx jgharfu lil xulxin minhabba is-seher li kellhom. X seta jaghmel Gawdenz biex jehles lil kulhadd. Shabu kienu se jghinuh. Ghaliex Peppina kienet mas-sindku Noe. U l-Kappillan li fil-bidu kien xettiku fuq l-Ispirti issa sar jemmen. 


L-istorja tkompli tikkomplika ruhha meta s-Sur Gawdenz wara li fil-bidu offra resistenza kbira lis-Sindku ta Belt il-Hagar, donnu dar bhal pinnur u beda jfahhar lis-sindku Noe. Bis-sahha tas-sindku fetah ufficcju gdid f belt il-hagar biex jipprattika ta avukat. Beda anke jaghti idejat biex il-belt tidher ahjar u taqdi izjed il-bzonnijiet tac-cittadin. Irnexxielu jivvinta l-ewwel karozza ta zmien il-hagar, l-ewwel Taxi, l-ewwel Trasport Pubbliku. Is-sindku Noe, beda jiehu gost b dan il-progress li gab is-Sur Gawdenz, tant, li ghamlu il-Kap tat-taqsima tat-trasport tal-belt. 


Shab is-Sur Gawdenz, xejn ma hadu gost meta rawh li beda jindiehes mas-Sindku Noe. Bdew juru d-disapprovazzjoni taghhom ghal din il-bidla fis-Sur Gawdenz. Imma tghid ghala s-Sur Gawdenz biddel fehemtu. X kien hemm mohbi fil-pjan tieghu. 


Din il-kummiedja hija mzewwqa bil-muzika ta Michael Jackson imma bil-lirika bil-Malti. Fost il-kanzunetti li ser nisimghu hemm Thriller, Billy Jean, Beat It, Dont stop till you get Enough u ohrajn. 


Jiehdu sehem Fabian Scerri De Carlo, Romina Darmanin, Guido Fenech, Renzo Bonello, Stephanie Attard Vella, Frederick Camilleri, Daniel Borg Carbott, Adriana De Carlo, Awgusto Cardinali, Ian Fenech, Paul Bonello, Nadette de Carlo, Norma Cristina, Angel Mizzi. 


Din il-kummiedja ser tittella gewwa l-Istitut Kattoliku l-Furjana nhar il-Gimgha 24 ta Frar fis-7pm, nhar is-Sibt 25 ta Frar fis-6pm u l-Hadd 26 ta Frar ikun hemm zewg raprezentazzjonijiet, wahda fis-2pm u l-ohra fis-6pm. 


Wiehed jista jibbukkja mill-booking office ta l-istitut Kattoliku 21238429, Bar ta l-Istitut Kattoliku 21242551, Carmen Azzopardi - Rabat 79306435, Tereza Bazaar Zabbar 21892730, Tal-Lira Cinema Fgura 21808000, Bargain Tool Shop Qormi 2149559, Pawlu Testa Travel 21223340 - 21223299 jew minn www.istitutkattoliku.com. Ticket Hotline 99473620 - 99461489. Produzzjoni Moving On. 

Comments