National Theatre Encore – Julie

Programm Vokali u Muzikali tal-Festa mill-Banda Cittadina Sliema

Is-Soċjeta’ Filarmonika “Sliema” flimkien mal-Patrijiet Franġiskani u l-Kummissjoni Festi Parroċċa Madonna Tas-Sacro Cuor bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema tippreżenta Programm Vokali u Mużikali tal-Festa u fl-okkażjoni tal-100 sena mit-twaqqif tal-Parrocca tal-Madonna Tas-Sacro Cuor mil-Banda Ċittadina “SLIEMA” taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Lesley Tabone it-Tnejn 25 ta’ Ġunju 2018 fis-7.15 pm fil-Knisja Parrokkjali Madonna Tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema.




Il-Programm jiftaħ b“Approaching New Horizon” ta’ Ronnie Debattista. 

“Ave Maria” ta’ Beyonce b’arranġament ta’ Joe Brown, tkanta Tezara Camilleri.

“Agnus Dei” ta’ George Bizet, ikanta t-tenur Mark Mifsud.

“Hallelujah” mill-Film “Shrek” ta’ Leonard Cohen b’arranġament ta’ Lesley Tabone, tkanta Tezara Camilleri.

Wara, l-Innu l-Kbir “Lis-Sultana Tagħna tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’” ta’ Mro Ferdinando Camilleri bis-sehem tat-Tenur Mark Mifsud, il-Baritonu Ivan Vella u l-Kor tal-Parroċċa immexxi mill-Gwardjan Rev Patri Pawl Galea ofm

Il-Programm jagħlaq bl-Innu Popolari “Viva Dejjem” ta’ Domenico Quercetti u l-Inno “Sliema” ta’ Mro Cardenio Botti.  

Jipprezenta s-Sur Mario Fenech.

Comments